PARROCCA SANT' ANDRIJA

Hal Luqa A.D. 1634

Zjara  mill-E.T. Mons Tommaso Caputo, Nunzju Apostoliku ghal Vatikan f'Malta  -  It-Tlieta 30 ta' Novembru, 2010

 

Ma setax jonqos illi wara l-Quddiesa Solenni ta' nhar il-festa ta' Sant'Andrija gewwa l-Knisja Parrokkjali, l-E.T. Mons Tommaso Caputo ghamel ukoll zjara lill-Wirja Nazzjonali Andreana li fethet il-bibien taghha ghall-ahhar darba ghall-pubbliku.  Mons Caputo kellu kliem ta' tifhir ghall-mod professjonali li bih ittellghet il-wirja u apprezza ferm l-istedina li saritlu.

Zjara  mill-E.T.  Mons  Pawl  Cremona  O.P.,  Arcisqof  ta'  Malta  -  Il-Hadd 28 ta' Novembru, 2010

 

L-E.T. Mons Arcisqof Pawl Cremona O.P. sab ukoll il-hin sabiex jaghmel zjara lill-Wirja Nazzjonali Andreana nhar il-Hadd 28 ta' Novembru.  Huwa esprima s-sodisfazzjon tieghu ghal mod li bih ittellghet din l-esebizzjoni u apprezza ferm l-isforzi kollha li saru sabiex din l-inizjattiva saret realta'. 

Zjara  mill-Ghaqda  Dilettanti  Mudelli  ta'  Knejjes  -  Il-Hadd 28 ta' Novembru, 2010

 

Membri tal-Ghaqda Dilettanti Mudelli ta' Knejjes kellhom l-opportunita' li jzuru l-Wirja Nazzjonali Andreana u b'hekk setghu jammiraw ukoll il-Kult ta' Sant'Andrija li nsibu mifrux madwar Malta u Ghawdex.