PARROCCA SANT' ANDRIJA

Hal Luqa A.D. 1634

Logo

 

Ejjew warajja u naghmilkom Sajjieda tal-Bnedmin
(Mt 4:19)
 

 

 Tifsira tal-logo

Ghal din l-okkazjoni specjali f'gheluq l-1950 sena mill-Martirju u d-Dhul Glorjuz fis-sema' ta' Sant' Andrija Appostlu gie mhejji logo sabiex jakkumpanjana ghal matul din is-sena.  Dan huwa xoghol tal-Kav. Paolo Camilleri Cauchi, u jirraprezenta lill-Appostlu Sant' Andrija, ihaddan l-ghuda tant ghaziza tas-salib, waqt li qed izomm is-simboli tal-martirju u l-glorja.   

 

Tifsira tal-motto

Dan il-vers mehud mill-Vangelu ta' San Mattew huwa direttament marbut ma' l-Appostlu Sant' Andrija, li wara li sema kliem Kristu fix-xatt tal-Galilija, telaq kollox u haddan it-twemmin nisrani.  Dan ghandu jservi ta' xprun ghalina lkoll illi din is-sena ser ikollna c-cans nirriflettu aktar fuq l-imhabba ta' Kristu ghalina kif ukoll dwar il-hajja u l-ghegubijiet kbar li wettaq l-ewlieni Appostlu Sant' Andrija fil-qadi tax-xandir tal-kelma u c-carcir ta' demmu ghall-istess imhabba ta' Sidna Gesu' Kristu.